
L-AKKADEMJA, IL-MISSJONI TAGĦNA U L-GĦANIJIET TAGĦNA
Malta Piano Academy tilqa’ studenti ġejjin minn aktar minn 25 nazzjonalità differenti, u dan jagħmilha tassew istituzzjoni internazzjonali. Aħna noffru programm distint ibbażat fuq it-tradizzjonijiet tal-iskejjel tal-pjanu Russi, Franċiżi u Ġermaniżi. Apparti l-lezzjonijiet tal-pjanu, aħna noffru wkoll lezzjonijiet tal-orgni, pjanu jazz u s-suġġetti kollha tat-teorija tal-mużika, inkluż is-solfeggio u l-kor. Nifhmu li kull student huwa uniku u jaffaċja sfidi differenti. Dawn l-isfidi ngħelbuhom billi nużaw prinċipji bbażati fuq tliet għanijiet fundamentali: li ngħallmu, li nispiraw u li ninkoraġġixxu. B’dawn l-għanijiet f’moħħna, aħna nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex nassiguraw li l-istudenti tagħna jkunu dejjem kunfidenti, mħeġġa, u kapaċi. Din hija r-riċetta sempliċi tagħna għas-suċċess tagħhom. Aħna nemmnu li s-suċċess jintlaħaq l-aħjar f’ambjent ta’ sapport. Is-sena skolastika tagħna tibda fl-1 t’Ottubru u tispiċċa fit-30 ta’ Ġunju. Isiru wkoll lezzjonijiet fix-xhur tas-sajf, mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru. Il-lezzjonijiet isiru fuq bażi 1 to 1 u jiġu skedati darba jew darbtejn fil-ġimgħa. Jistgħu jsiru l-lezzjonijiet onlajn, però dan mhuwiex issuġġerit għal dawk li għadhom jibdew il-lezzjonijiet. Għal-lezzjonijiet li jsiru ġewwa d-dar stess, aħna nistgħu noffru l-instrument tagħna stess għall-dawk li għadhom jibdew u għad m’għandhomx pjanu tagħhom. Matul is-sena skolastika, ikollna diversi kunċerti bil-parteċipazzjoni tal-istudenti u anke masterclasses. Norganizzaw ukoll il-Malta International Music Competition® (kull sena wara l-Għid) u l-Malta International Piano Competition® fit-tieni parti t’Awwissu, kif ukoll il-Malta International Piano Festival® fil-bidu ta’ Novembru.
ACADEMY, MISSION AND WHAT WE STRIVE FOR
With students from over 25 nationalities Malta Piano Academy is truly international institution. It's the first and only piano academy of its kind in Malta. We offer a distinct programme rooted in the old Russian, French and German piano schools. Apart from piano lesson we also offer organ lessons, jazz piano and all theoretical subjects, including solfeggio lessons and choir. We understand that every single student is different and faces different obstacles. These obstacles are best to overcome with an approach to teaching that is focused on three fundamental aims: to instruct, to inspire and to encourage. With these aims in mind, we will do our upmost to ensure that our students are always confident, stimulated and capable. This is our simple recipe for their success. We believe that this success is best achieved in a setting that is supportive and welcoming. Our scholastic year starts on the 1st of October and finishes on the 30th of June. Lessons are also held in the summer period, from the 1st of July until the 30th of September. Lessons are one to one and scheduled once or twice a week. Lessons can also be held online but it is not recommended for beginners. During the scholastic year, we have several student concerts and masterclasses.We also organise Malta International Music Competition® (every year after Easter) and Malta International Piano Competition® in the 2nd part of August, as well as Malta International Piano Festival® in the beginning of November.

Malta International Piano Festival 2022

Malta Piano Academy - Zuo and You
Students of Prof. Slavica Azzopardi - Zuo and You
Amber Cachia, student of the year
Mariah Cauchi student of Malta Piano Academy and her brother Warren.
Ela Galea, student of Malta Piano Academy

Malta Piano Academy - Student and Teacher

